Internazzjonali

Kanye jixtieq jiltaqa’ mal-Komunità tal-Lhud

Ir-rapper Kanye West magħruf ukoll bħala Ye, wera x-xewqa li jiltaqa’ mal-komunità Lhudija fir-Renju Unit.

Dan wara l-kontroversja li nqalgħet kif sar magħruf li hu se jkun il-headliner tal-festival Wireless. Bir-rapper jgħid li l-għan tiegħu hu li jġib l-unità, il-paċi u l-imħabba permezz tal-mużika tiegħu.

Kanye West stqarr illi hu jaf li l-kliem mhux biżżejjed; għalhekk irid jiltaqa’ ma din il-komunità biex jurihom li nbidel.

Għal perjodu twil Kanye kien ta’ spiss fiċ-ċentru ta’ diversi kontroversji wara li jkun ikkummenta b’mod razzist u saħansitra anka favur in-Nazi.

Apparti minn hekk, hemm anke l-kanzunetta Heil Hitler, u l-fatt li biegħ diversi merchandise bis-simbolu tas-swastika.