Wara vjaġġ ta’ aktar minn 400,000 kilometru li kien jinkludi vjaġġ madwar il-qamar, l-astronawti ta’ Artemis II jinsabu fi triqthom lura lejn id-Dinja.
Infatti, fl-aħħar sigħat, f’telefonata mal-astronawti l-President tal-Istati Uniti Donald Trump qalilhom li vjaġġ tagħhom ispiraw lid-dinja kollha dan filwaqt li din il-missjoni se tibqa’ mfakkra fl-istorja tad-dinja. Huwa spjega li għalkemm dan l-aħħar kien hemm ħafna affarijiet li l-Amerikani għandhom ikunu kburin bihom, din il-missjoni tinsab fuq livell ieħor għaliex għall-ewwel darba f’nofs seklu kien hemm vjaġġ madwar il-qamar.
Minn naħa tiegħu l-astronawt Reid Wiseman qal li matul dan il-vjaġġ raw affarijiet li l-ebda bniedem ma ra u li dik kienet xi ħaġa ferm sabiħa.
Għaldaqstant, fi tmiem din it-telefonata l-President tal-Istati Uniti Donald Trump għamel stedina lill-astronawti fil-White House wara li jirritornaw id-Dinja.
Intant, matul din il-missjoni l-astronawti raw ukoll eklissi solari – oservazzjoni li ddesrivew bħala xi ħaġa totalment indeskrivibbli.
//= $special ?>

