Lokali Parlament

Ma jweġibx u ma jagħtix dettalji

Il-Ministru Clifton Grima ma qalx għal xiex preżentement qed tintuża l-binja li minnha kienet topera l-iskola primarja tal-Imtarfa u x’inhuma l-pjanijiet għal futur għal din il-binja u jekk din hijiex proprjetà esklussiva għall-fini ta’ edukazzjoni.

L-anqas ma qal x’inhuma l-pjanijiet infrastrutturali tal-Higher Secondary tan-Naxxar u x’timeframes hemm għal tali pjanijiet.

Ma weġibx ukoll dwar il-pjanijiet infrastrutturali tal-Junior College tal-Imsida u x’timeframes hemm għal tali pjanijiet.

L-anqas ma qal kemm daħlu studenti ġodda fis-sistema edukattiva fl-iskejjel primarji fil-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru tal-2025 u l-1 ta’ Marzu tal-2026, maqsuma skont il-Year group.

Il-mistoqsijiet saru fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni li qal biss li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.