Il-kantant ta’ fama mondjali se jkun qed jagħti prestazzjoni f’Malta fit-8 ta’ Lulju fil-Palk Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Il-kantawtur Kanadiż li rebaħ diversi unuri matul is-snin huwa l-iktar magħruf għad-diski tiegħu Haven’t Met You Yet u Feeling Good. Dan apparti li l-album tiegħu tal-Milied jinkludi fost l-aktar diski sinonimi ma’ dan iż-żmien.
Michael Bublé biegħ iktar minn 75 miljun album, u huwa wieħed mill-aktar artisti li qatt għamel tours mondjali.
Matul il-karriera tiegħu s’issa hu kiseb 5 Grammy Awards, 15-il Juno Award, stilla fuq il-Hollywood Walk of Fame u l-Canada’s Walk of Fame.
Intant, min hu interessat li jattendi għal dan il-kunċert jista’ jirreġistra bejn illum u nhar il-Ħamis fuq: Michael Bublé Live in Concert Tickets, u b’hekk ikollu aċċess għal bejgħ tal-biljetti nhar il-Ġimgħa fit-8:00.
Dan filwaqt li l-bejgħ ġenerali jiftaħ il-Ġimgħa fil-11:00.
Il-prezzijiet ivarjaw minn €300 (Platinum) sa €40.
//= $special ?>

