Il-World Athletics qed tippjana li tniedi il-Kampjonati Dinija tal-Maratona. L-ewwel edizzjoni ta’ dawn il-Kampjonati tal-atletika mistennija jsiru f’Ateni fl-2030. Qabel ma ssir l-ewwel edizzjoni, din il-maratona se tibqa’ tifforma parti mill-Kampjonati Dinija tal-Atletika li jsiru kull sentejn, bl-edizzjoni li jmiss se tkun fl-2027 u wara fl-2029.
Madankollu mis-sena 2030, il-Federazzjoni Internazzjonali li tmexxi l-isport tal-atletika, se tkun qed tissepara l-avveniment tal-maratona. Din se issir kull sena, b’irġiel u nisa jikkompetu f’snin alterni.
Il-Kampjonat tar-Road Running jibqa’ avveniment separat. Il-President tal-World Athletics, Lord Sebastian Coe sejjaħ il-maratona “dixxiplina ikonika” u qal li dan hu ċans biex tinħoloq ċelebrazzjoni globali ddedikata għall-maratona, li tgħaqqad il-wirt storiku tagħha ma’ kampjonat modern. L-aħħar edizzjoni taħt il-format preżenti tista’ ssir f’Londra jekk il-Belt Kapitali tal-Ingilterra tirbaħ ill-kandidatura biex torganizza din l-edizzjoni.
//= $special ?>

