Lokali

Titħabbar il-mewt tad-Direttur ta’ Aġenzija Appoġġ, Graziella Castillo

Tard ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt ta’ Graziella Castillo fl-età ta’ 47 sena.

Castillo, ilha għal dawn l-aħħar snin Direttur ta’ Aġenzija Appoġġ, u kienet deskritta bħala persuna ta’ qalb kbira, dejjem lesta biex tgħin kif fil-fatt jixhed ix-xogħol tagħha fl-Appoġġ.

Graziella Castillo, kienet dejjem fuq quddiem fejn jidħol xogħol ta’ social work, u għalhekk kienet deskritta dejjem bħala persuna ta’ integrità kbira u li kienet twettaq xogħolha bl-aktar mod dinjituż.

Il-mewt tagħha, tħabbret mill-FSWS, l-aġenzija li ddeskrivieta bħala persuna li kienet aktar minn leader, imma sors ta’ saħħa u umanità f’settur li jirrikjedi dawn il-valuri. L-FSWS iddeskriviet lil Castillo bħala persuna li dejjem kellha responsabbiltà kbira, u li kienet temmen li kull persuna għandha tingħata widen, sapport u dinjità.

Castillo, mietet propju jumejn qabel kellha tagħlaq 48 sena, nhar l-Erbgħa 8 ta’ April.