Il-President Amerikan Donald Trump qal li mhuwiex preokkupat mill-possibilta’ li jikkommetti krimini tal-gwerra hekk kif rega’ hedded li jeqred il-pontijiet Iranjani u l-impjanti tal-elettriku jekk Tehran ma tirrispettax l-iskadenza tat-8pm tat-Tlieta filgħaxija (nofs il-lejl f’Malta) jekk ma jiftħux il-passaġġ ta’ Hormuż.
“Tafu x’inhu krimini tal-gwerra? Li jkollok armi nukleari” kompla jgħid Trump
l-Iran irrifjuta l-proposta ta’ 45 ġurnata waqfien mill-ġlied u sostna li jrid waqfien permanenti tal-kunflitt.
Intant illum it-Tlieta huwa mistenni vot fIl-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Uniti dwar riżoluzzjoni biex ikunu protetti l-bastimenti kummerċjali fil-passaġġ ta’ Hormuż, għalkemm minn sorzi tar-Reuters jidher li hemm diplomatiċi li jaħsbu li dan il-vot se jitmewwet xi ftit minħabba li iċ-Ċina qiegħda topponi li din ir-riżoluzzjoni ssir bil-forza.


