Kerċem Ajax huma ċ-champions il-ġodda tal-futbol Għawdxi, meta l-bieraħ, f’match 19 day tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, l-iskwadra taħt it-tmexxija tal-eks plejer internazzjonali Malti, Daniel Bogdanovic għelbu lill Nadur Youngsters 1-0. Permezz ta’ din it-13-il rebħa tal-istaġun fil-Kampjonat, Kerċem Ajax saru champions t’Għawdex b’mod matematiku, u meta għad fadal aktar partiti x’jintlagħbu għat-tmiem tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.
Għal Kerċem Ajax din kienet it-tieni darba tagħhom fl-istorja li kienu inkurunati champions tal-ġżira Għawdxija. Il-gowl deċiżiv li permezz tiegħu Kerċem Ajax kisbu t-tliet punti kontra Nadur Youngsters, kien skorjat minn Samuel Azzopardi, disa’ minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima.
Is-suċċess ta’ Kerċem Ajax hu wieħed li ssorprenda lil ħafna, għaliex dan l-istaġun il-klabb kien qed jirritorna jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Għawdxi wara li fl-istaġun li għadda, huma kienu rebħu l-promozzjoni bħala champions tat-Tieni Diviżjoni.
Ir-rebħ ta’ dan il-Kampjonat minn Kerċem Ajax fisser li l-klabb Għawdxi reġa’ rebaħ it-titlu ta’ Champions tal-futbol Għawdxi,, 40 sena wara l-ewwel u l-aħħar darba li kienu ċċebelraw dan is-suċċess fl-istorja tal-klabb tagħhonm.
//= $special ?>

