F’Berlin iż-żgħażagħ Maltin tat-tenpin bowling Nicolai Mallia u Kayden Lagana’ kisbu riżultati pożittivi fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ tat-ten pin bowling, b’żewġ midalji tal-bronż minn Nicolai Mallia fis-Singles u All – Events, u t-8 post fil-Masters minn Kayden Lagana’.
It-timijiet resqu wkoll qrib ħafna ta’ midalja: il-5 post fit-tim ta’ 4 rġiel magħmul minn Nicolai Mallia, Kayden Lagana’, Tomas u Samuel Caruso li kienu pass ’il bogħod miż-żona tal-midalji bi 17-il pin biss ’il bogħod b’total ta’ 5086-5107 , u l-5 post konġunt b’6 pins biss ’il bogħod miż-żona tal-midalji fid-doubles minn Mallia u Lagana’.
Mallia kellu wkoll logħba perfetta ta’ 300 fl-avveniment tat-timijiet.
F’dawn il-Kampjonati tal-Ewropa, 25 tim nazzjonali ħadu sehem fit-tim ta’ 4 rġiel, b’total ta’ 112-il plejer fis-singles.
//= $special ?>

