Olandiż residenti x-Xagħra, Għawdex, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ madwar sular f’sit fl-inħawi ta’ Manoel Island.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa tal-Erbgħa waranofsinhar meta r-raġel ta’ 70 sena għal xi raġuni waqa’ waqt li kien qiegħed jaħdem fuq dgħajsa.
Fil-post ġew imsejħa minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn kien iċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>

