Id-dinja tal-futbol bħalissa tinsab f’luttu wara l-aħbar tal-mewt tal-eks plejer u kowċ tar-Rumanija u ta’ diversi klabbs, Mircea Lucescu. Mingħajr dubju, Lucescu kien wieħed mill-ikbar ismijiet fil-futbol Ewropew. Hu miet fl-età ta’ 80 sena; ħames t’ijiem biss wara li rriżenja minn kowċ tar-Rumanija.
Lucescu, li kellu karriera mill-aqwa, kemm bħala plejer u kowċ, qatt ma affaċċja tim Malti, imma fl-1996, meta kien qed imexxi lil Reggiana fis-Serie A Taljana, kien wera interess biex jiffirma lil Antoine Zahra, l-eks-kaptan ta’ Birkirkara.
Zahra kien irrakkonta din l-istorja f’intervista esklussiva li kien ta lil Replay, iżda kif jirrakonta Zahra nnifsu, f’dak iż-żmien Malta ma kinitx għadha fl-Unjoni Ewropea, u għalkemm xtaq jiffirma lil Zahra, it-trasferiment tal-Malti mal-klabb Taljan baqa’ qatt ma sar u l-ħolma ta’ Zahra li jmur jilgħab fl-ogħla diviżjoni fl-Italja spiċċat qatt ma saret realtà.


