Internazzjonali

Il-PN jilqa’ l-waqfien mill-ġlied bejn l-Istati Uniti u l-Iran u jappella għad-djalogu u d-diplomazija

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ t-tħabbira ta’ waqfien temporanju mill-ġlied bejn l-Istati Uniti u l-Iran, de-eskalazzjoni li ġġib pawsa tant meħtieġa wara ġimgħat ta’ kunflitt intens.

Dan il-waqfien mill-ġlied jirrappreżenta opportunità biex isir pass minn konfrontazzjoni għal djalogu kostruttiv.

Dan issa għandu jkun mument deċiżiv – lejn paċi dejjiema, djalogu sinifikanti u stabbiltà għall-komunitajiet kollha milquta.

Insejħu lill-partijiet kollha involuti biex jimpenjaw ruħhom għal negozjati kontinwi u impenn diplomatiku biex dan il-waqfien mill-ġlied jservi bħala l-bażi għal paċi u stabbiltà dejjiema, mhux biss fil-Lvant Nofsani iżda anke fil-komunità internazzjonali usa’.

Il-PN jerġa’ jtenni t-twemmin tiegħu fir-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim u jħeġġeġ l-isforzi tal-mexxejja reġjonali u globali biex jagħtu prijorità lid-diplomazija, il-fehim reċiproku u negozjati li jwasslu għal paċi ġusta u dejjiema għall-popolazzjonijiet kollha milquta.

Dan intqal fi stqarrija minn Beppe Fenech Adami, Shadow Minister għall-Affarijiet Barrani u Beppe Galea, Segretarju Internazzjonali PN.