Sport Sport Ieħor Waterpolo

Malta tegħleb lil Każakistan fit-tournament tat-tieni diviżjoni tat-Tazza tad-Dinja

(Ritratt: Joseph Galea)

Prestazzjoni dominanti oħra għat-tim nazzjonali Malti tal-water polo, li kiseb rebħa konvinċenti ta’ 19-7 kontra Kazakhstan fit-tournament tat-Tieni Diviżjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Il-Maltin kienu superjuri tul il-logħba kollha, hekk kif rebħu kull sessjoni b’riżultati ta’ 4-2, 4-2, 8-2 u 3-1, u wrew kontroll assolut kemm fid-difiża kif ukoll fl-attakk.

L-aqwa skorer għal Malta kien Ivan Nagaev, li sab ix-xibka ħames darbiet. Prestazzjoni b’saħħitha wkoll minn Julian Valletta, li skorja tliet gowls. Sadanittant, Jake Cachia, Elijah Schembri, Darren Zammit, Luigi Dimech u Sam Engerer kollha skorjaw darbtejn, b’dan tal-aħħar ikun ukoll ivvutat bħala l-aqwa plejer tal-partita.

Issa Malta tħares ’il quddiem lejn l-aħħar konfront tal-ewwel fażi kontra Romania, fejn ir-riżultat ta’ din il-logħba se jkun kruċjali biex jiddetermina l-avversarji li t-tim Malti se jiltaqa’ magħhom fil-fażi li jmiss għall-klassifikazzjoni finali.