Kultura Lokali Mużika

Oratorju mużikali mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija



Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta ser tkun qed ittella’ oratorju mużikali bl-isem FRANCESCO –
Shepherd of Mercy, produzzjoni artistika ispirata mill-ħajja, il-messaġġ u l-legat tal-Papa Franġisku.

Dan l-oratorju, fuq libretto tal-Eċċellenza Tiegħu Frank Zammit, Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede u mużika ta’ Mro Anthony Cassar, Direttur Mużikali tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, mistenni joffri produzzjoni li tgħaqqad flimkien elementi ta’ mużika orkestrali, kant u narrattiva f’esperjenza artistika unika.

Il-kunċert ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 24 ta’ April, fis-7:30pm, fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl. F’din il-produzzjoni ser jieħdu sehem is-Soprano Claire Caruana, it-Tenur Charles Vincenti u l-ATTAR Choir, flimkien mal-Banda tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. In-narrattiva ser tkun f’idejn Manuel Cauchi u Valerie Vella, filwaqt li l-kunċert se jiġi preżentat minn Dr Joseph Chetcuti.

Dan l-avveniment qed isir b’risq Id-Dar tal-Providenza u l-biljetti jistgħu jinxtraw minn:
https://www.showshappening.com/the-malta-police-force/musical-oratorio-francesco