Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Joven Grech u l-mużika li tant iħobb. Il-mużika u l-melodija tinsab fil-profil, hekk kif minn remix tal-mużika b’rabta mal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla, saret l-ewwel gig, DJ fuq ir-radju, għal DJ mużikali fost l-aqwa 100 fid-dinja.
Ma’ Joven id-diskussjoni se teħodna fuq il-pass deċiżiv wasal meta twaqqaf il-proġett Tenishia, grupp iffurmat flimkien ma’ Cyprian Cassar, li malajr beda jattira attenzjoni mhux biss lokalment iżda wkoll barra minn Malta. Il-produzzjonijiet tagħhom, li jvarjaw bejn trance u progressive electronic music, bdew jintlagħbu minn DJs ta’ fama mondjali bħal Armin van Buuren, Tiësto u Paul van Dyk.
“Anki nofsiegħa qabel nibda ndoqq, nivvinta xi ħaġa u toħroġ mużika ġdida”
Il-ħajja ta’ DJ mhux faċli, u mal-profil se nitkellmu dwar is-sagrifiċċji kbar li kellu jagħmel biex wasal fejn wasal sa issa.
PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Elisa Battistino.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew l-episodji fuq Spotify.



