Futbol Sport

Rebħiet għal Paris Saint-Germain u Atletico Madrid fl-ewwel leg tal-kwarti finali

(Ritratt: EPA)

Telfa xi ftit sorprendenti bejn żewġ ġganti Spanjoli hekk kif Atletico Madrid għelbu lil Barcelona 0-2 f’ Camp Nou. Vantaġġ importanti għal Los Colchoneros barra minn darhom hekk kif iħarsu għat-tieni leg it-Tlieta li ġej.

Barcelona kellhom tmiem għall-ewwel taqsima diżastruża hekk kif fl-44 minuta id-difensur Cubarsi ntwera karta ħamra diretta wara konsultazzjoni fuq il-VAR.

Minuta wara, Atletico Madrid fetħu l-iskor permezz tal-attakkant Arġentin Julian Alvarez.
Fit-tieni taqsima, is-sostitut ta’ Griezmann, Sorloth skorja t-tieni gowl tal-partita b’konklużjoni mill-viċin minn assist tad-difensur Taljan Matteo Ruggieri.

Paris Saint-Germain se jmorru f’Anfield b’vantaġġ ta’ żewġ gowls hekk kif għelbu lir-Reds 2-0 f’ Parc Des Princess.

Prestazzjoni xejn sodisfaċenti mit-tim ta’ Arne Slot li jieħu t-tielet telfa fl-aħħar ħames partiti.

Dan ir-riżultat, u din il-forma tirrifletti perfettament fuq l-istaġun deludenti li qed ikollhom iċ-champions tal-Ingilterra.

L-iskor infetaħ mill-istilla Desire Doue fil-11-il minuta b’konklużjoni mill-isbaħ, bil-Franċiż idawwar xutt fir-rokna ta’ fuq tal-lemin minn tarf il-kaxxa minn naħa tax-xellug.

Kvichha Kvaratskheila jiskorja t-tieni gowl tal-partita fil-65 minuta minn suġġeriment tal-midfielder Portugiż Joao Neves.

UEFA
CHAMPIONS LEAGUE
Ilbieraħ

Real Madrid v Bayern M. 1-2
Sporting CP v Arsenal 0-1
Illum
Barcelona v A. Madrid 0-2
PSG v Liverpool 2-0


UEFA
EUROPA LEAGUE
Illum

SC Braga v R.Betis 1-1
Għada
Bologna v A.Villa 9:00pm
Porto v N. Forest 9:00pm
Freiburg v C. Vigo 9:00pm


UEFA
CONFERENCE LEAGUE
Għada

R. Vallecano v AEK A. 6:45pm
C. Palace v Fiorentina 9:00pm
Mainza 05 v Strasbourg 9:00pm
Shakhtar D. v AZ 9:00pm