Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Ħal Lija

Sewwieq ta’ mutur ta’ 55 sena minn San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Lija.

Il-każ seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu bejn Triq Valletta u Triq il-Mosta meta l-mutur kien involut f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn Eritrean ta’ 32 sena residenti l-Imsida.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.