F’Bucharest tħabbret il-mewt ta’ Mircea Lucescu, li telaq mill-kariga tiegħu bħala kowċ tat-tim nazzjonali Rumen il-ġimgħa li għaddiet. Lucescu miet fl-età ta’ 80 sena wara attakk tal-qalb, skont stqarrija
maħruġa mill-isptar ta’ Bukarest fejn kien qed jingħata l-kura. Huwa marad madwar 10 ijiem ilu waqt li kien qed jipprepara għal partita ta’ ħbiberija kontra s-Slovakkja.
Lucescu kien wieħed mill-kowċis u l-plejers tal-futbol l-aktar ta’ suċċess fir-Rumanija, u l-ewwel wieħed li kkwalifika lit-tim nazzjonali Rumen għal Kampjonat Ewropew, fl-1984 . Huwa telaq sentejn wara, wara li r-Rumanija ma rnexxilhiex tidħol fit-Tazza tad-Dinja tal-1986 fil-Messiku.
Matul il-karriera tiegħu bħala plejer, Lucescu mexxa t-tim tar-Rumanija fit-Tazza tad-Dinja tal-1970 fil-Messiku. Huwa lagħab għar-Rumanija 65 darba, u skorja 10 gowls.
Il-karriera ta’ Lucescu fit-tmexxija ta’ klabb ħaditu mir-Rumanija għall-Italja, it-Turkija u l-Ukrajna, u matul dan iż-żmien rebaħ aktar minn 30 titlu.
Kien inħatar kowċ tar-Rumanija għat-tieni darba f’Awwissu 2024 b’kuntratt ta’ sentejn. Huwa mexxa lit-tim għall-aħħar darba fis-26 ta’ Marzu, meta t-Turkija għelbet lir-Rumanija 1 – 0 fis-semifinali tal-play-offs.
//= $special ?>

