Fi kliem id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba, in-Nazzjonalisti u l-ġurnalisti tal-media tal-PN huma “nies iffissati u morda”.
Dan iddikjarah Agius Saliba nnifsu meta kien qed jipparteċipa fi programm online ma’ Ricky Caruana, fejn id-Deputat Mexxej tal-Labour ħareġ jattakka x-xogħol investigattiv tal-ġurnalisti u anke lill-Partit Nazzjonalista sempliċiment għaliex qed jitkellmu fuq il-każ ta’ Anton Refalo, illi tqajjem mill-media Taljana u li kien imxandar fuq ir-Rai.
Skont Alex Agius Saliba, din is-saga ta’ Anton Refalo “mhu każ xejn”.
L-MEP Laburista ħareġ għonqu għall-Ministru Refalo, u saħansitra ħadha kontra l-ġurnalisti tar-Rai li marru Għawdex biex jagħmlu d-domandi tagħhom dwar il-villa li fiha kien jgħix il-kap tal-mafja Toto Riina.
F’mument minnhom waqt dan il-programm, Alex Agius Saliba tant deher irrabjat illi ttimbra lin-Nazzjonalisti u lill-ġurnalisti tagħna bħala “morda”. Dan apparti li ddeskrivihom bħala “iffissati”.
//= $special ?>

