Internazzjonali

Donald Trump ikompli jikkritika lin-NATO

Għall darb’oħra, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħareġ jattakka lin-NATO, talli din mhux tagħti l-appoġġ tagħha lill-Istati Uniti fil-Gwerra tagħha mal-Iran.

Din il-kritika minn naħa ta Trump, waslet wara li l-President Amerikan kellu laqgħa flimkien mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte fil-White House stess.

F’post fuq il-pjattaforma tiegħu stess hu kiteb li n-Nato ma kinitx hemm għalihom meta kellhom bżonn – u mhux se jiġi bżonnha!

Iżda, Rutte iddeskriva din il-laqgħa bħala waħda franka u miftuħa – minkejja li kien hemm nuqqas ta’ qbil ċar.

L-għan ta’ din il-laqgħa kien sabiex Trump jifhem li huwa fl-interess kemm tiegħu bħala President kif ukoll tal-Amerikani li jibqgħu fin-NATO.

Dan wara li fl-aħħar jiem Trump kien qal li qiegħed b’serjeta jikkunsidra li l-Istati Uniti toħroġ min-NATO, hekk kif diversi memebri ta’ din l-organizzazzjoni irrifjutaw t-talbiet tiegħu għal għajnuna biex tinfetaħ ir-rotta ta’ Ħormuz.