Lokali

Il-FKNK tappoġġja lil Puttinu Cares b’inizjattiva ta’ solidarjetà

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tat il-kontribut tagħha lill-għaqda Puttinu Cares, permezz ta’ donazzjoni ta’ €2,500 għall-isponsorizzazzjoni ta’ kamra tal-banju fil-blokk il-ġdid ta’ appartamenti f’Londra.

Din l-inizjattiva tifforma parti mill-isforzi kontinwi ta’ Puttinu Cares sabiex jipprovdu akkomodazzjoni lil pazjenti Maltin u lill-familji tagħhom waqt li jkunu qed jirċievu kura medika barra minn xtutna, partikolarment f’Londra. Permezz ta’ dawn l-appartamenti, familji jkunu jistgħu jibqgħu qrib il-maħbubin tagħhom f’mumenti diffiċli u kruċjali.

Il-FKNK temmen bis-sħiħ fil-valur tas-solidarjetà u l-appoġġ lejn il-komunità, u tinsab kburija li qed tagħti s-sehem tagħha f’din il-kawża umanitarja nobbli.