Il-Kunsill Lokali tal-Imsida unanimament ivvota kontra il-pont pedonali fil-laqgħa ta’ Novembru 2025. Konsegwentament, fil-15 ta’ Diċembru 2025 l-istess Kunsill iltaqa’ mal-Ministru flimkien mal-Kap Eżekuttiv sabiex jiddiskuti numru ta’ sfidi, u ghaldaqstant, unanimament l-istess membri qablu kontra dan il-pont.
Dan intqal fi stqarrija mill-Kunsill Lokali tal-Imsida li spjega li dakinhar tal-laqgha kien gie mitkellem li ġaladarba dan il pont jiġi ddisinjat jerġa’ jkun hemm diskussjoni mal-istess Kunsill sabiex min-naħa tiegħu l-Kunsill tal-Imsida jagħmel laqgħa ta’ konsultazzjoni għar-residenti kkonċernati.
Il-pont kien ser jagħmel parti mil-ewwel proġett li mal-ewwel daqqa t’għajn kien hemm diġà diżapprovazzjoni dwaru. Fil-verità, dan il-pont hekk propost se jkun aktar ta’ inkonvenjent għal min se jkun qed jaqsam bil-mixi għax, minflok jaqsam minn fuq pedestrian lights, issa jrid jitla’pont għoli aktar minn 6 metri biex jaqsam għan-naħa l-oħra. Barra minn dan, din ser tkun ukoll diffiċli għal persuni bi problemi ta’ mobbiltà, bir-rota, b’wheelchair jew b’pushchair, fost oħrajn, biex jaqsam Triq il-Marina, partikolarment jekk il-lift ma jkunx qed jaħdem. Waħda mid-diffikultajiet hija wkoll il-lift, fejn ħafna mid-drabi f’postijiet oħra fejn hemm l-istess sistema dawn il-lifts fil-maġġorparti tagħhom ma jkunux qed jaħdmu.
Fl-istqarrija temmew jgħiduli bħalma l-Kunsill kien kontra bini ta’ pont pedonali lura fl-2021, illum qiegħed jtenni l-istess argument.


