Matul laqgħa li saret aktar kmieni dan ix-xahar bejn sitt membri tal-Kunsill Lokali tal-Imsida, il-Ministru Chris Bonnet u Steve Ellul ġew diskussi diversi kwistjonijiet, fosthom il-pont pedonali li dwaru l-Kunsill Lokali tal-Imsida esprima l-oppożizzjoni tiegħu b’mod unanimu, fosthom anke ħabba l-problema ta’ aċċessibilità jekk il-liftijiet jieqfu, kif ukoll l-impatt estetiku tal-pont li jagħlaq zona oħra tal-Imsida Creek.
Il-Ministru flimkien mal-Kap Eżekuttiv spjegaw li l-proġett kien għadu qed jiġi ddisinjat u ladarba jiġi approvat, jerġa’ jiġi diskuss mal-Kunsill.
Il-Ministru Bonnet stieden lill-Kunsill biex ma jħossux skomdu jikkuntattjawh jew lill-Kap Eżekuttiv għal kull għajnuna.
Jumejn ilu ħareġ il-permess għal pont pedonal f’Tal-Pieta.
L-ebda Kunsillier fil-Lokalita tal-Imsida u Tal-Pietà ma kien ikkonsultat.
//= $special ?>

