Futbol Sport

Ir-raġel ta’ Katie Price irid jixtri lil Chelsea

Lee Andrews u Katie Price
Lee Andrews u Katie Price

Lee Andrews, ir-raġel tal-personalità Ingliża Katie Price, qal li qed jipprova jixtri 55% tal-ishma tal-klabb Ingliż tal-Premier League, Chelsea. L-imprenditur, magħruf għal diversi pretensjonijiet dwar il-ġid tiegħu, sostna li għandu l-flus meħtieġa biex jakkwista l-maġġoranza tal-klabb, li bħalissa hu proprjetà tal-konsorzju BlueCo immexxi minn Todd Boehly. Dan tal-aħħar kien xtara l-klabb fl-2022 għal £4.25 biljun.

Andrews, li żżewweġ lil Katie, li hi personalità tal-midja Ingliża, mudella u awtriċi, ftit ġimgħat wara li ltaqgħu. Hu qal ukoll li xtara proprjetà f’Dubai għal £36 miljun fi flus kontanti. Madankollu, Katie ċaħdet li se jmorru jgħixu hemm.

F’intervisti riċenti, ġie kkonfrontat dwar allegazzjonijiet li għandu PhD minn Cambridge.  Katie stess kkonfermat li din l-allegazzjoni mhix vera, kif ukoll dwar il-pusses ta’ passaport diplomatiku. Iż-żwieġ tagħhom, kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni hekk kif sar mingħajr il-presenza tal-familja ta’ Katie u saħansitra ħoloq tensjoni ma’ oħtha, Sophie.