Internazzjonali

‘Ir-Reġina tal-Ketamina’ kkundannata 15-il sena ħabs b’rabta mal-mewt tal-attur Matthew Perry

Jasveen Sangha magħrufa bħala ‘ir-Reġina tal-Ketamina’ ġiet kkundannata 15-il sena ħabs hekk kif issupplixxiet id-doża fatali ta’ ketamina lill-attur Matthew Perry.

Rapporti internazzjonali qalu li l-omm tar-rispett ta’ Matthew Perry iddeskriviet lil Sangha bħala persuna bla qalb dan filwaqt li talbet għal sentenza ta’ ħabs massima. Għall-bidu Jasveen Sangha ċaħdet l-akkużi miġjuba kontriha iżda ftit ġimgħat qabel il-ġuri hija bidlet il-verżjoni tagħha u ammettiet l-akkużi.

L-attur Matthew Perry li huwa sinonimu mal-karattru Chandler fis-serje ta’ fama internazzjonali Friends miet f’Ottubru tal-2023 fl-età ta’ 54 sena.