Fil-ħin li ġej il-grupp tal-K-pop BTS mistenni jerġa’ jitlaq fuq palk wara iktar minn 6 snin.
BTS se jkun qed jibda tour dinji mill-Korea ta’ Isfel sa Singapore, u anke fl-Amerika u l-Ewropa.
It-tour se jibda mill-Korea ta’ Isfel stess fejn diversi segwaċi kienu ilhom jistennew għal diversi sigħat.
Id-debut ta’ BTS imur lura għas-sena 2013, u fost l-oħrajn huma kienu nominati għal ħames grammy awards.
L-albums tagħhom kienu telgħu fil-quċċata b’mod iminenti, tant li qabżu lil kull grupp qabilhom; inkluż il-Beatles. Dak iż-żmien il-maġġoranza tas-seba’ membri lanqas biss kellhom 20 sena.
Il-membri kienu ħadu waqfa ta’ tleit snin kemm biex iservu fis-servizz tal-militar li huwa wieħed mandaorju kif ukoll biex jaħdmu fuq xi proġetti personali.
//= $special ?>

