Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar tagħti l-permessi minn taħt biex jinbena l-pont pedonali f’Tal-Pietà

L-Awtorità tal-Ippjanar b’mod mill-aktar makak għaddew il-permess biex jinbena l-pont pedonali f’Tal-Pietà… pont li inizzjalment kien parti mill-Imsida Creek Project u li eventwalemnt kien hemm qbil biex dan jitneħħa wara l-pressjoni li saret kemm mill-Kunsilli Lokali kif ukoll minn diversi għaqdiet ambjentali.

Fis-6 ta’ April l-Awtorità tal-Ippjanar tat il-permess mill-ġdid għal dan il-pont, mingħajr ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-kunsilli taż-żewġ lokalitajiet, jiġifieri dak tal-Imsida u dak Tal-Pieta, hekk kif din il-lokalità spiċċat daħlet parti minn dan il-proġett.

Mhux hekk biss iżda lanqas ir-residenti ma ġew ikkonsulatati minkejja li huma l-iktar li se jiġu affetwati kemm minn problemi ta’ storbju u dawl kontinwu anke matul il-lejl kif ukoll min]abba l-ostaklu li dan ser ikun, b’riżultat li ser jagħti l-vedutta kollha li dawn ir-residenti għandhom.

Il-permess inħareġ lil Steve Ellul f’isem Infrastructure Malta turija ċara li l-Ministru Bonnet mar lura minn kelmtu hekk kif dan kien wiegħed li qabel ma jsir xi tibdil f’dan il-proġett kienet se ssir konsultazzjoni mal-kunsilli lokali … xi ħaġa li ma saritx.

It-talba għal dan il-minor amandment li saret fuq il-permess oriġinali li jmur lura għal 2020 u li mhu xejn ħlief isem li jinganna kienet saret fit-22 ta’ Diċembru 2025.

U wara li saret din l-applikazzjoni, liema applikazzjoni il-Kunsill Lokali tal-Pietà tħala fil-għama dwara, kienu diversi għaqdiet ambjentali fosthom Moviment Graffitti, Friends of the Earth Malta u Rota li ħarġu jopponu għal dan il-pont li fil-verità se jkun qed jaċċevola biss lit-traffiku tal-karozzi u mhux lil min ikun miexi jew inkella għaddej bir-rota.

Il-Kunsill Lokali tal-Imsida imexxi mis-Sindku Nazzjonalista Charles Selvaggi kien mill-ġdid wera li l-kunsill huwa kontra dan il-pont, u f’lagħa li saret ilbieraħ anke l-Kunill Lokali tal-Pietà b’mod unanimu ivotta kontra.

Dan apprti li hemm nuqqas ċar ta’ trasparenza dwar għaliex il-pont ġie propost mingħajr konsultazzjoni u ġie impost fuq il-komunitajiet, wara li kien diġà ġie miċħud sitt snin ilu. Il-Gvern sostna li l-istudenti tal-Junior College kienu dawk li pproponew il-pont, madankollu ma ttieħed ebda kont tar-residenti u lanqas tal-esperti fit-trasport.