L-ekwipaġġ fuq Atermis II qal li għandhom ħafna iżjed ritratti u ħafna iżjed stejjer x’jaqsmu.
Dan hekk kif bħalissa dawn jinsabu fi triqthom lura lejn id-dinja wara li l-erba’ astronawti b’suċċess il-missjoni tagħhom mdawar il-qamar.
Huma mistennija li jaslu lura għall ħabra ta nofsilejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.
F’kummenti li ta lill-media l-astronawta Victor Glover qal li għandhom ħafna data li huma se jkunu qed jaqsmu ma’ kulħadd ġaladarba jaslu lura.
Permezz ta’ din il-missjoni, l-ekwipaġġ ta’ Artemis II kiser ir-rekord ta’ kemm l-umani qatt vjaġġaw ‘il bogħod mid-dinja, bi vjaġġ ta’ iktar minn 248,655 mil.
U filwaqt li l-missjoni qatt ma kienet li dawn jinżlu fuq il-qamar huma kienu l-ewwel persuni li qatt raw partijiet differenti tal-qamar minn din id-distanza.
//= $special ?>

