Raġel ta’ 28 sena residenti Raħal Ġdid, ġie arrestat mill-Pulizija fi Ġnien Toni Bezzina b’rabta ma’ pussess aggravat tad-droga.
Il-Ħamis filgħodu, għall-ħabta tal-10:30am, waqt li l-Pulizija kienu fuq ronda bil-pass fl-akwati, waqqfu lir-raġel, fejn minn tfittxija li saret fuqu nstab baskett tal-karti u li fih kellu żewġ boroż kbar issiġġillati u mimlija b’sustanza suspettata buds tal-kannabis.
Tfittxija oħra saret fir-residenza tiegħu fi Triq Kordin, Raħal Ġdid, fejn instabet iżjed sustanza suspettata kannabis, b’total ta’ madwar nofs kilo, flimkien ma’ oġġetti relatati oħra marbuta mad-droga.
Huwa mistenni jitressaq il-qorti fil-ġranet li ġejjin.
//= $special ?>

