Wara li l-Ministru Anton Refalo, ma wieġeb xejn mill-mistoqsijiet tal-media Taljana rigward il-proprjetà li fiha kien jgħix Toto Riina, Net News staqsa lis-Segretatrju Parlametari Malcolm Paul Agius Galea jekk dan jaħsibx li Refalo għandu jwieġeb il-mistoqsijiet li qed isurulu. Bis-Segreatrju Parlamentari jgħid li l-Ministru Refalo wieġeb id-domandi.
Meta dan l-istazzjoni staqsa lil Agius Galea x’tip ta’ mistoqsijiet wieġeb il-Ministru, dan ma qal xejn.
Bis-Segretarju Parlamentari jirrifjuta li jiddefendi lill-Ministru Refalo meta staqsejnih direttament jekk jaħsibx li dan għandu x’jaħbi.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, investigazzjoni mill-ġurnalisti tar-Rai xeħtet aktar dawl dwar il-fatt kif fis-snin 70 u 80, il-Kap tal-Mafja Totò Riina, kien ġej u sejjer f’pajjiżna – b’wieħed mill-kollaboraturi ta’ Riina saħansitra jikkonferma u jagħraf proprjetà fl-Għarb u oħra fil-Qala, fejn Toto Riina kien jgħix f’Għawdex.
//= $special ?>
