Lokali

Żewġ persuni l-isptar wara inċident bejn karozza u mutur fil-Fgura

Ritratt: Malta Road Traffic Updates

Żewġ persuni spiċċaw l-isptar Mater Dei wara inċident bejn karozza u mutur fil-Fgura.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta ta’ 11:45 f’Żabbar Road, il-Fgura.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti minn Wied il-Għajn u mutur misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti San Ġiljan. Kaġun ta’ dan l-inċident din it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin bil-konsegwenza li kien hemm konġestjoni kbira tat-traffiku fiz-zona.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ftit tal-ħin wara ambulanza ħadet liż-żewġ irġiel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.