Tagħrif taʼ Jobsplus juri li, sena għal sena, fi Frar 2026 kien hemm żieda taʼ 242 persuna fl-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Qgħad u tnaqqis taʼ 15-il persuna jirreġistraw fit-Tieni Parti tal-istess reġistru.
L-irġiel kienu jgħoddu mas-66.4 fil-mija (864 persuna), filwaqt li n-nisa kienu jgħoddu 33.6 fil-mija (438 persuna) taʼ dawk li kienu qegħdin jirreġistraw. Dehret żieda fil-qgħad irreġistrat fil-gruppi kollha tal-età, bl-akbar żieda tkun fost dawk fl-età taʼ bejn it-30 u l-44 sena.
Sena għal sena, kienet irreġistrata żieda fil-biċċa l-kbira tal-meded taż-żmien tar-reġistrar, bl-akbar żieda tidher fl-għadd taʼ dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal anqas minn 21 ġimgħa, li żdiedu bʼ142 persuna. Fl-istess waqt, dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena naqsu bʼwieħed.
Fi Frar 2026, in-numru taʼ persuni bʼdiżabbiltà li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol baqaʼ bħalma kien meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, u kien taʼ 220 persuna. L-irġiel kienu jgħoddu mat-68.2 fil-mija tagħhom.
L-irġiel u n-nisa fir-reġistru tal-qgħad kienu qed ifittxu l-aktar impjiegi taʼ appoġġ klerikali, bʼ26.2 fil-mija u bʼ37.9 fil-mija, rispettivament.
//= $special ?>

