Futbol Sport

Ignacio “Nacho” Lago jsir l-ewwel plejer professjonali fl-Arġentina li ħareġ jgħid li hu omosesswali

Ignacio “Nacho” Lago
Ignacio “Nacho” Lago

Il-plejer tal-futbol fl-Arġentina, Ignacio “Nacho” Lago, sar l-ewwel plejer professjonali li għadu qed jilgħab fl-Arġentina, li ħareġ pubblikament jgħid li hu omosesswali. Lago, li hu attakkant ta’ 23 sena u jilgħab ma’ Colón de Santa Fe, żvela s-sesswalità tiegħu sena llu waqt intervista li ta ma’ stazzjon tar-radju lokali, li dan l-aħħar reġgħet qajmet interess kbir.

Matul l-intervista, Lago deher emozzjonat meta rċieva messaġġ bil-vidjo mis-sieħeb tiegħu, li permezz tiegħu, ir-relazzjoni tagħhom saret pubblika. Il-filmat malajr rawħ numru kbir ta’ nies, bil-plejer ġab miegħu mewġa ta’ appoġġ.

Il-kuraġġ li wera Lago jissimbolizza bidla kulturali importanti f’dinja fejn is-suġġett tas-sesswalità fil-futbol, spiss jibqa’ tabù. Il-fatt li ġie milqugħ b’mod pożittiv minn partitarji, politiċi u l-komunità sportiva kollha, dan juri li anke fl-Arġentina dwar dan is-suġġett qed ikun hemm bidla fil-ħsieb u l-kultura.