B’investiment ta’ €2.8 miljun, ġie inawgurat iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis f’Pembroke.
Il-proġett twettaq taħt it-tmexxija ta’ SportMalta, li ħadmet mill-qrib mal-Malta Tennis Padel Federation. Din il-kollaborazzjoni kienet kruċjali biex jiġi żgurat li l-faċilità tilħaq l-ogħla standards sportivi u tissodisfa l-ħtiġijiet kemm tal-atleti kif ukoll tal-organizzazzjonijiet involuti fl-iżvilupp tat-tennis f’Malta.
Iċ-ċentru jinkludi sitt courts tat-tennis mgħammra b’wiċċ tal-logħob Greenset approvat mill-ITF, simili għal dak użat fl-Australian Open, kif ukoll dawl LED ta’ kwalità għolja fuq kull court. Barra minn hekk, il-faċilità toffri spazju adegwat għall-ispettaturi.
Dan iċ-ċentru sportiv jinkludi wkoll diversi faċilitajiet fosthom kamra tal-fiżjoterapija, spazji apposta għall-atleti, u uffiċċji għall-Federazzjoni.
//= $special ?>

