Sport Waterpolo

Ir-Rumanija b’saħħithom wisq għal Malta

Ritratt ta' Frame Lab by Francesco Gauci
Ritratt ta' Frame Lab by Francesco Gauci

Rumanija……14
Malta…………..9
(6-2, 3-3, 2-0, 3-4)

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo, il-bieraħ filgħaxija sofra t-tieni telfa tiegħu fit-Tazza tad-Dinja, Diviżjoni numru 2, meta kien megħlub mir-Rumanija bl-iskor finali ta’ 14-9 fil-Pixxina Nazzjonal, f’Tal-Qroqq.

Kif kien mistenni, ir-Rumeni kienu ferm aktar b’saħħithom u ħadu vantaġġ bikri, b’Malta tħallas għal bidu dgħajjef fl-ewwel sessjoni li fiha sofriet diversi gowls li b’aktar attenzjoni stajna evitajna. Fl-istess waqt fallejnat ċansijiet tajbin ta’ skor.

Jeremy Abela u Darren Zammit kienu l-uniċi li sabu x-xibka fl-ewwel sessjonii. Fit-tieni taqsima, il-Maltin wetqu reazzjoni tajba u b’ħidma ta’ Ivan Nagaev, li skorja hat-trick, irnexxilnainaqqsu d-distakk għal 9-5.
Madankollu, ir-Rumeni reġgħu kabbru l-vantaġġ fit-tielet sessjoni u żammew kontroll sħiħ tal-partita sal-aħħar.

Fil-parti sessjoni, Malta kompliet tipprova tnaqqas l-iskor, b’gowls oħra ta’ Nagaev, Zammit u Elijah Schembri, iżda finalment il-konfront intemm 14-9 favur ir-Rumanija.

Din it-telfa ħalliet lil Malta barra mill-aqwa għaxar qabel il-play-offs, minkejja li fit-tliet partiti li lagħbna u b’tim relattivament ġdid u żagħżugħ urejna li t-talent tal-plejers tagħna f’din il-logħba hu wieħed kbir u sabiħ.