Internazzjonali

Libanu: Il-vittmi jitilgħu għal 303

Telgħu għal 303 il-persuni li nqatlu wara li Iżrael wettqet attakki fuq il-Libanu. Dan hekk kif in-numru ta’ mejtin mistenni jiżdied peress li t-timijiet ta’ salvataġġ għaddejjin bi tfittxijiet fost it-tifrik.

L-attakki żiedu t-tensjoni fir-reġjun, hekk kif il-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael qalu li kienu mmirati lejn siti tal- Hezbollah. Uffiċjali Lebaniżi rrapportaw li mit-2 ta’ Marzu, kważi 1,900 persuna tilfu ħajjithom u aktar minn 6,000 indarbu.

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li ordna lill-uffiċjali jibdew in-negozjati mal-Libanu “kemm jista’ jkun malajr.”

Min-naħa tiegħu il-President Amerikan Donald Trump qal li huwa “ottimist ħafna” dwar ftehim fit-tul mal-Iran qabel it-taħditiet pjanati f’Islamabad.