Lokali

Raġel imut wara li ħabat bi trakk f’arblu tad-dawl


Raġel ta’ 60 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, tilef ħajtu traġikament, wara li ħabat bi trakk tal-għamla Isuzu , f’arblu tad-dawl. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:00 pm fi Triq tal-Providenza, is-Siġġiewi.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza. Sfortunatament aktar tard, ix-xufier kien iċċertifikat li tilef ħajtu.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud ġie infurmat bl-inċident u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin