Futbol Sport

Arsenal megħluba f’darhom u Liverpool jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Il-vantaġġ ta’ Arsenal fil-quċċata tal-Premier League jista’ jkompli jitnaqqar wara li sfaw megħluba fl-Emirates Stadium 2-1 minn Bournemouth. Dan ifisser li Arsenal issa għandhom xorta disa’ punti vantaġġ iżda b’żewġ logħbiet aktar minn Manchester City.

Eli Junior Krupi poġġa lil Bournemouth fil-vantaġġ fis-17-il minuta meta kompla għal ġewwa mill-viċin iżda l-attakkant Viktor Gyökeres ġab id-draw fil-35 minuta minn penalty. Alex Scott skorja l-gowl tar-rebħa għal Bournemouth fl-74 minuta b’xutt minn pożizzjoni ċentrali.

F’logħba oħra, Liverpool irritornaw għar-rebħ b’rebħa ta’ 2-0 f’Anfield kontra Fulham. Il-gowls waslu fl-aħħar parti tal-ewwel taqsima. L-ewwel kien iż-żagħżugħ Rio Ngumoha li fetaħ l-iskor b’azzjoni personali fis-36 minuta. Permezz tax-xutt sabiħ għar-rokna, Ngumoha sar l-iżgħar plejer fl-istorja ta’ Liverpool li skorja gowl fil-Premier League f’Anfield. Mohamed Salah irdoppja erba’ minuti wara b’xutt preċiż.

Premier League

Il-Ġimgħa: West Ham v Wolves 4-0

Is-Sibt: Arsenal v Bournemouth 1-2, Brentford v Everton 2-2, Burnley v Brighton 0-2, Liverpool v Fulham 2-0

Il-Ħadd: Crystal Palace v Newcastle 3.00pm, Nottingham Forest v Aston Villa 3.00pm, Sunderland v Tottenham 3.00pm, Chelsea v Manchester City 5.30pm

It-Tnejn: Manchester United v Leeds 9.00pm