Il-Gvern Pakistan stqarr li bdew għaddejjien diskussjonijiet trilaterali b’mod dirett bejn l-Istati Uniti, l-Iran u l-Pakitan, biex tinstab triq il quddiem li twassal għal paċi fil-Lvant Nofsani.
Uffiċjal għoli tal-White House ukoll ikonferma li ingħata bidu għal dawn id-diskussjonijiet wiċċ imb’wiċċ.
Dan wara li delegazzjoni Iranjana waslet fil-Belt Kapitali tal-Pakistan, Islamabad għal diskussjonijiet flimkien mal-Istati Uniti. Il-Pakistan ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jaħdem bħala intemedjarju hekk kif għandu relazzjoni tajba mal-Iran.
Il-Viċi President tal-Istati Uniti JD Vance qed jirrapreżenta lill-Istati Uniti u huwa akkumpanjat minn iben Donald Trump, Jared Kushner u d-delegat speċjali Steve Witkoff. Din il-missjoni li ingħatat lil Vance qed titqies bħala l-iktar wada importanti s’sissa.
Inatnt, id-delegazzjoni Iranjana hija immexxija minn Mohammad Bagher Ghalibad, politiku konservattiv, li ilu jservi ta’ Speaker tal-Parlament minn mejju tal-2020.
Huwa mifhum li l-Prim Ministru tal-Pakistan Shehbaz Sharif iltaqa’ mad-delegazzjoni tal-Iran, u mal-Viċi President tal-Istati Uniti J D Vance li minnaħa tiegħu esprima ix-xewqa li dawn id-diskussjonijiet iservu għal paċi fir-reġjun.
Il-Ministru għall-Ippjanar tal-Pakistan spjega li l-pajjiżu jemmen li l-waqfien mill-ġlid għandu jinkludi lil-Libanu wkoll. Dan hekk kif minkejja qbil għal waqfien mill-ġlied fir-reġjun tal-Lvant l-attakki komplew bejn Iżrael u l-Hezbollah fil-Libanu.
U filwaqt li kienu għaddejin dawn id-diskussjonijiet tant importanti il-President Donald Trump qal li l-Istati Uniti, qerdet il-militar tal-Iran. Trump permezz ta’ post fuq is-social media tiegħu stess qal li l-passaġġ ta’ Ħormuż se jinfettaħ dalwaqt.
Id-diskussjonijiet bejn Iżrael u Libanu huma mistennija li jsiru nhar it-Tlieta f’Washington, madankollu kollox jindikka li mhux se jkunu qed jitkellmu dwar waqfien mill-ġlied fuq il-Hezbollah.
Fi żvillupi oħra tliet persuni inqatlu fil-Libanu wara attakk minn Iżrael skont il-Ministru tas-Saħħa tal-pajjiż li qal li wieħed mill-vittmi kien membru tad-Difiża Ċivili tal-Libanu. B’Iżrael jgħid li laqgħat iktar minn 200 mira tal-Hezbollah fil-Libanu fl-aħħar 24 siegħa.
Biċ-Ċentru tal-Kommunikazzjoni tal-Gvern fil-Kuwajt jikkonferma li ma kien hemm l-ebda attakk fl-aħħar 24 siegħa.
//= $special ?>

