Tuna lura l-ODZ, Infurzar mhux Żuffjettar , waqqfu x-xogħlijiet waqt l-appell u irtiraw minnufih l-abbozzi tal-liġijiet li qed jheddu l-futur ta’ pajjiżna.
Dawn kienu wħud mit-talbiet li wasslu numru ta’ NGO’ waqt konferenza stampa li saret quddiem Kastilja fil-Belt Valletta fejn preżentaw erba’ proposti ewlenin li għandhom jiffurmaw il-bażi ta’ riforma ġenwina tal-ippjanar u li jindirizzaw erba’ oqsma: l-appelli fl-ippjanar, l-infurżar, is-sanzjonar fl-ODZ u l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ art bħala ODZ.
Din il-konferenza kienet indirizzata minn erba’ kelliema, Patrick Callejja f’isem Din l-Art Ħelwa qal li l-liġi tal-Ippjanar f’Malta tippermetti l-eżekużżjoni ta’ deċizjoni ta’ awtorita anke meta dik id-deċiżjoni tkun qed tiġi appellata u għalhekk il-Kampanja Ġustizzja għal Artna qed titlob li x-xogħlijiet kollha awtorizzatti minn permess ta’ żvillup għandhom jiġu sospiżi waqt li jkun hemm appell pendenti quddiem it-Tribunal għar-Revezjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar u l-Qrati.
Andre Callus f’isem Moviment Graffitti saħaq li s-sitema tal-ippjanar f’Malta falliet fundamentalment fejn jidħol infurzar, u dan wassal għal żvillup illegali mifrux. L-infurzar f’dan is-settur huwa kważi kompletament assenti, fen l-illegalitajiet jiġu premjati
Għalhekk Ġustizzja għal Artna qed jipproponu li l-iżvilupi illegali jitneħħew fiżikament,jew mill-Awtorita tal-Ippjanar stess jew minn min wettaq l-illegalità, bi spejjeż tiegħu stess. Il-multi kollha għandhom jitħallsu, u għandu jiġi stabbilit one-stop shop għall-infurzar kontra l-illegalitajiet.
F’kummenti lil Net News Andre Callus qal li f’Awwissu li għadda il-Gvern preenta lista ta’ xewqat li kellhom l-iżvillupaturi.
Ingraham Bondin, f’isem ir-Ramblers Association spjega li s-sitema tal-Ippjanar f’pajjiżna qed trawwem mentalità ta’ ‘nibnu issa u nissanjonaw aktar tard, għalhekk qed jipproponu li s-sansjonar ta’ strutturi illegali fl-ODZ li nbenew wara l-2008, u li ma jistgħux jiġu approvati bħala emendi minuri, għandu jiġi pprojbit.
Benjamin Mifsud Scicluna minn flimkien għal Ambjent Aħjar tkellem dwar il-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ art bħala ODZ, qed kif sostna li pajjiżna mjistax jitlef iktar mill-ispazzji miftuħa ilu għandu. Fid-dawl ta’ dan huma proponew biex iz-zoni kollha ta’ valur agrikolu, naturali, soċjali u storiku li tneħħew mill-ODZ fl-2006 u li għadhom ma ġewx legalment kommessi għall-iżvillup jiġu kklassifikati mill-ġdidi bħala ODZ.
Il-Kampanja Ġustizzja għal Artna ġiet imnedia b’reazzjoni għall-preżentazzjoni mill-Gvern tal-Liġijiet 143 u 144 flimkien ma’ tliett abozzi ta’ avvizi legali.
//= $special ?>
