Futbol Sport

Ħamrun megħluba minn Marsaxlokk lejn it-tmiem u draw bejn Tarxien u Mosta

(Ritratt: Joseph Galea)

MARSAXLOKK…………….. 3

ĦAMRUN SPARTANS…. 2

Marsaxlokk: C. Mafoumbi, O. El Hasni, E. Pepe, I. Christie-Davies (R. Mihana 69’), R. Linden (E. Attard 90+7’), J. Corbalan, J. Soares (J. Kirby 90+7’), J. Vella (T. Caruana 64’), J. Minala, L. Aguirre, D. Simkus

Ħamrun: H. Bonello, R. Compri (S. Xerri 63’), M. Guillaumier, M. Garcia, V. Polito, D. Ceter, D. Bulevardi (O. Bjelicic 46’), M. Carboni (B. Eleke 63’), M. El Fanis (J. Mbong 46’), E. Marcelina, I. Inzoudine (R. Camenzuli 76’)

Imwissi: J. Minala 87’ (M)

Tkeċċa: E. Marcelina 55’ (Ħ)

Skorjaw: O. El Hasni 6’, D. Simkus 45+5’, T. Caruana 90+8’ (M), E. Marcelina 34’ pen, J. Mbong 73’ (Ħ)

Referee: Ishmael Barbara

Gowl lejn it-tmiem ikkundanna lil Ħamrun Spartans għat-tieni telfa konsekuttiva fil-kampjonat. Marsaxlokk marru fil-vantaġġ wara sitt minuti bi free-kick mix-xellug sab lid-difensur OUALID EL HASNI li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Henry Bonello.

Ħamrun ġabu d-draw fl-34 minuta meta r-referee Ishmael Barbara wara li James Vella mess il-ballun b’idu fil-kaxxa, deċiżjoni li kienet konfermata bl-FVS. EMERSON MARCELINA għeleb lil Christoffer Mafoumbi mill-11-il metru. Iżda x-Xlukkajri reġgħu marru minn fuq eżatt qabel il-mistrieħ b’xutt minn barra l-kaxxa tal-eks DOMANTAS SIMKUS li ġie mxellef u qarraq bil-gowlkiper Bonello.

L-affarijiet għal Ħamrun komplew ġejjin għat-telgħa meta tkeċċa għat-tieni karta safra Emerson Marcelina fil-55 minuta. Minkejja l-iżvantaġġ numeriku, Ħamrun ġabu d-draw fit-73 minuta b’xutt għar-rokna tas-sostitut JOSEPH MBONG. Madankollu Marsaxlokk skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-tmien minuta fuq id-90 minuta b’xutt tas-sostitut TRISTON CARUANA li ġie mxellef minn Ognjen Bjelicic u qabeż lil Bonello u daħal fix-xibka.

TARXIEN RAINBOWS……. 2

MOSTA………………………….. 2

Tarxien: M. Spiteri, A. Gaafar Ali, A. Lokosa (M. Aguek 82’), C. Da Silva Barbosa (A. Valverde Ledezma 88’), F. De Oliveira Junior, L. Borg (M. Grima 77’), H. da Silva Rosa, K. Donsu, M. Musulin (P. Schmidt 82’), P. Panic, A. Vella (S. Mizzi 88’)

Mosta: D. Udoh Akpan, N. Portelli (Z. Brincat 79’), G. Goncalves (S. Eikwu-Ojo 80’), K. Zammit, J. da Silva Dias, N. Agius (S. Cachia 54’), P. Chibuzor, W. Filipe, P. Cacho Alves da Silva (A. Kozic 69’), S. Zibo (C. Oderinde 54’), J. Vassallo

Imwissija: F. De Oliveira Junior 65’, P. Panic 70’, M. Grima 90+8’ (T), S. Zibo 45’, D. Udoh Akpan 90+5’ (M)

Tkeċċa: F. De Oliveira Junior 70’ (T)

Skorjaw: P. Chibuzor 33’, G. Goncalves 39’ (M), H. da Silva Rosa 45+2’, M. Musulin 49’ (T)

Referee: Alex Johnson

Tarxien Rainbows u Mosta ħadu punt kull wieħed li iżda ma kkuntenta lil ħadd. Kienu Mosta li marru minn fuq fl-34 minuta b’gowl ta’ PRINCE CHIBUZOR li skorja minn pożizzjoni ċentrali. Il-Mostin saħansitra rduppjaw ħames minuti wara b’daqqa ta’ ras ta’ GIANCARLO GONCALVES.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Tarxien Rainbows naqqsu d-distakk b’daqqa ta’ ras ta’ HUANNE DA SILVA ROSA wara korner mil-lemin. Il-gowl tad-draw wasal fid-49 minuta b’Luke Anthony Borg li għadda lejn MARKO MUSULIN li xxuttja u għeleb lil Udoh Akpan. It-Tarxiniżi kellhom jispiċċaw il-logħba b’raġel anqas wara li tkeċċa Francisco de Oliveira Junior għat-tieni karta safra.