Wara t-telfa kontra Napoli t-Tnejn li għadda, Milan sofrew it-tieni telfa konsekuttiva u t-tielet waħda mill-aħħar erba’ logħbiet meta sfaw megħluba minn Udinese 3-0 f’San Siro. L-ewwel gowl wasal wara 27 minuta b’xutt ta’ Arthur Atta li ħabat ma’ Davide Bartesaghi u qabeż fuq Mike Maignan.
Il-vantaġġ irdoppja għaxar minuti wara bi kross ta’ Nicolò Zaniolo sab lil Jurgen Ekkelenkamp li skorja b’daqqa ta’ ras. Udinese għalqu l-logħba fil-71 minuta b’xutt fil-baxx ta’ Arthur Atta.
Juventus ħadu vantaġġ miż-żelqa ta’ Milan u kisbu rebħa importanti barra minn darhom ta’ 1-0 kontra Atalanta. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fl-ewwel minuti tat-tieni taqsima wara li Jeremie Boga ħa vantaġġ minn indeċiżjoni fid-difiża Bergamasca u xeħet f’xibka vojta.
Riżulati u Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa: Roma v Pisa 3-0
Is-Sibt: Atalanta v Juventus 0-1, Cagliari v Cremonese 1-0, Milan v Udinese 0-3, Torino v Verona 2-1
Il-Ħadd: Genoa v Sassuolo 12.30pm, Parma v Napoli 3.00pm, Bologna v Lecce 6.00pm, Como v Inter 8.45pm
It-Tnejn: Fiorentina v Lazio 8.45pm
//= $special ?>

