Lokali

L-Ikona tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu fil-Knisja ta’ Ġieżu sas-6 ta’ Mejju

L-ikona tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu, li għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin kienet meqjuma fil-Knisja ta’ San Franġisk għall-ewwel darba se tinħareġ mill-Ħamrun għal żajra ta’ madwar xaghar fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta.

Il-Knsija ta’ Santa Marija hija magħrufa ħafna għad-devozzjoni lejn il-kurċifiss merakoluż u għalhekk kien hemm xewqa li jkun hemm taħt l-istess saqaf xbieha oħra devotta f’Malta. Xbieha li se tinħareġ mill-Ħamrun għall-ewwel darba wara 72 sena.

Parti Ramon Farrugia f’kummenti lil Net News spjega kif matul dan ix-xahar se jkun hemm diversi avvenimtenti li għalihom huwa mistieden il-pubbliku fosthom Novena lill-Madona tas-Sokkors Perpetwu kull nhar ta’ Erbgħa, Velja ta’ Talb għall-Paċi fl-Art Imqaddsa nhar l-Erbgħa 22 ta’ April fis-19:00 fejn l-insra kollha huma mistiedna speċjalment dawk li għandhom għal qalbhom l-Art Imqaddsa u dawk li zaruha matul is-snin.

Dan flimkien ma’ Tberik u Affidament tat-Tarbija fil-ġuf lill-Madonna tas-Sokkors Perpetwu nħar il-Ħadd 3 ta’ Mejju 2026 waqt il-Quddies tal-11:00.

Intant, ix-xbieha oriġinali ta’ Sidtna Marija tas-Sokkors Perpetwu tinsab fil-Knisja ta’ Sant’Alfons f’Ruma, u hi biċċa xogħol qadima ta’ pittura fuq l-injam ta’ stil Biżantin.

 Żewġ patrijiet li kienu minn tal-wwel fil-kunvent tal-Ħamrun jirrakuntaw kif lura fl-1965 waqt li kienu ħerġin minn din il-knisja f’Ruma, waqfu jitkellmu ma’ Patri Redentorista, li meta sar jaf li l-patrijiet huma Maltin qalilhom li isem Malta hu marbut mal-grajja tax-xbieha, hekk kif jingħad li n-neguzjant li kien ‘seraq’ ix-xbieha kien Malti li jgħix Kreta tant li żmien ilu x-xbieha kienet magħrufa f’bosta nħawi tal-Italja bħala ‘il-Madonna tal-Maltin’.

Fix-xbieha, il-mant tal-Madona hu ikħal, lewn li kienu jilbsuh l-ommijiet fil-Palestina filwaqt li l-libsa hi ta’ lewn aħmar, li jfakkarna li Marija hi wkoll Sultana ta-Martri.

Fuq ras il-Madonna jidhru salib u kewkba, filwaqt li fuq ix-xelug tax-xbieha jidhru żewġ ittri Griegi li jgħaqqdu l-kelmma Omm. Dan filwaqt li fix-xellug tax-xbieha jidher l-Arkanġlu San Mikiel filwaqt li l-Arkanġlu San Gabriel qiegħed iżomm is-Salib.