Futbol Sport

Penalty ta’ Grech biżżejjed għal Floriana u rebħa fl-aħħar sekondi għal Birkirkara

(Ritratt: Joseph Galea)

NAXXAR LIONS………. 0

FLORIANA……………….. 1

Naxxar: J. Azzopardi, T. Kruger, G. De Campos Goncalves, M. Fenech (N. Pace Cocks 62’), L. Pahama Ndualu, J. Souza dos Santos (E. Montero Manzano 46’), G. Goncalves, M. Micallef (S. Bugeja 83’), C. Nganmini, V. Ferreira de Jesus, J. Moura Cardoso

Floriana: G. Cioletti, M. Beerman, J. Grech, F. Varela, D. Vella, O. Spiteri, M. Jah, C. Zammit Lonardelli (Z. Scerri 83’), C. M’Mombwa (A. Mabea 83’), I. Mendonca, P. Mbong

Imwissija: M. Fenech 16’, J. Moura Cardoso 87’ (N), G. Cioletti 90+6’ (F)

Tkeċċa: L. Pahama Ndualu 69’ (N)

Skorja: Jake Grech 18’ pen (F)

Referee: Joseph Scerri

Floriana bdew it-Top 6 tal-Closing Round fuq nota pożittiva b’rebħa minima iżda importanti fuq Naxxar Lions. Il-Furjaniżi għarfu jikkontrollaw il-logħba wara li kisbu vantaġġ fl-ewwel taqsima għalkemm Naxxar Lions offrew sfida denja.

Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fit-18-il minuta meta Floriana ngħataw penalty wara li minn żball difensiv, Mark Fenech waqqa’ lil Paul Mbong fil-kaxxa. Inkariga ruħu JAKE GRECH li mill-penalty ma żbaljax. Naxxar laqtu l-mimduda fil-41 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Costa Goncalves.

Floriana laqtu wkoll il-lasta b’xutt ta’ Federico Varela fl-64 minuta li ħabat mal-wieqfa u Mustapha Jah ma kkonkludiex mill-viċin. Naxxar kellhom ikomplu l-logħba b’raġel anqas fit-68 minuta meta wara li segwa l-azzjoni bl-FVS, ir-referee keċċa lil Louis Pahama Ndualu għal daħla fuq Iago Mendonca.

BIRKIRKARA……………….. 1

ŻABBAR ST PATRICK…. 0

Birkirkara: M. Martinez, G. Lopez Garrone, M. Morello, K. Reid (J. Bayo Mben 59’), L. Ribeiro de Oliveira (R. Bispo dos Santos 86’), J. Busuttil, L. Lacunza, N. Micallef, A. Coppola, G. Acheampong (F. Sasere 86’), A. Garzia

Żabbar: I. Colombo, P. Cejas (L. Rodrigues Mota 81’), B. Gambarte, N. Agius (A. Majok 80’), S. Jovancic, Z. Leonardi, V. De Paiva (Y. Im 81’), R. Scicluna, K. Scicluna, J. Pisani, M. Fontanella (J. Micallef 89’)

Imwissija: K. Reid 27’, L. Lacunza 30’, G. Acheampong 63’ (B), B. Gambarte 55’ (Ż)

Skorja: R. Bispo dos Santos (90+5’)

Referee: Philip Farrugia

Birkirkara rritornaw għar-rebħ wara xahrejn meta b’mod drammatiku għelbu lil Żabbar St Patrick bil-gowl li wasal fl-aħħar sekondi tal-logħba. Dawn it-tliet punti lil Birkirkara mill-aħħar żewġ postijiet fil-Bottom 6 filwaqt li ħallew liż-Żabbarin f’periklu li jintlaħqu mit-tnejn ta’ isfel.

Ir-rebħa temmet sensiela ta’ sitt logħbiet mingħajr rebħa fil-kampjonat għal Birkirkara u kienet ukoll it-tieni rebħa fuq Żabbar fi ftit ġimgħat wara li kienu eliminawhom mill-FA Trophy ix-xahar li għadda. Għal Żabbar din it-telfa ħalliethom b’rebħa mill-aħħar erba’ logħbiet

Fost l-aħjar okkażjonijiet ta’ skor, Żabbar laqtu l-lasta fid-49 minuta b’xutt ta’ Jurgen Pisani filwaqt li fis-66 minuta kienu Birkirkara li resqu qrib wara li s-sostitut Jacques Bayo Mben laqat il-lasta.

Birkirkara ngħataw penalty fis-77 minuta wara li Manuel Morello ġie ġġudikat li twaqqa’ fil-kaxxa. Żabbar sfidaw id-deċiżjoni permezz tal-FVS u wara li ċċekkja, ir-referee Philip Farrugia dawwar id-deċiżjoni. Il-Karkariżi skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-95 minuta meta minn korner ta’ Jan Busuttil, RONIVAN BISPO DOS SANTOS għeleb lil Ignacio Colombo b’daqqa ta’ ras.