Żagħżugħ Taljan ta’ 21 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur f’Ħaż Żabbar.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu għall-ħabta tal-11:30 fi Triq Villabate.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 37 sena residenti x-Xgħajra u mutur misjuq minn Taljan ta’ 21 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

