Lokali

ANALIŻI: “Il-poplu inkwetat biż-żieda fil-popolazzjoni u ż-żieda fil-prezzijiet”

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

L-Independent telenka 4 fatturi għalfejn Abela jista’ jsejjaħ elezzjoni bikrija

L-ispekulazzjoni ta’ elezzjoni ġenerali bikrija qed tiżdied. F’analiżi mwettqa mill-online editor tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday, Albert Galdes spjega li minkejja li l-elezzjoni għandha ssir sa Marzu 2027, is-sinjali kollha qed jindikaw li l-Prim Ministru Robert Abela se jkun qiegħed isejjaħha qabel żmienha.

L-editur sostna li hem 4 fatturi maġġuri ta’ x’jistgħu jwasslu sabiex il-Mexxej Laburista jsejjaħ għal vot tal-poplu qabel.

L-ewwel punt hija l-inflazzjoni fost oħrajn kawża tal-instabbiltà fir-Reġjun tal-Golf u l-inċertezza dwar kemm se jkompli jerfa’ rasu l-għoli tal-ħajja.

Dan filwaqt li l-editur enfasizza l-fatt li l-Partit Nazzjonalista qiegħed iżid sew fil-ħidma u l-momentum tiegħu. Intqal kif fl-aħħar xhur ċertament li l-Partit Laburista qed jara li l-Partit Nazzjonalista qed iżid kemm fis-sostenn kif ukoll fil-ħidma ta’ diversi nies li qed jisimgħu l-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

Intqal kif Alex Borg irnexxielu jgħaqqad il-Partit Nazzjonalista f’qasir żmien u kif qed jirnexxielu wkoll jikseb is-sostenn taż-żgħażagħ permezz ta’ proposti sodi u ta’ min jixtarr fuqhom.

Fattur ieħor li tkellem fuqu l-editur huma l-każijiet pendent fil-Qorti fost oħrajn il-każ tal-Vitals.

Bl-aħħar fattur ċertament ikun li din hija amminstrazzjoni fil-Gvern li wara 3 rebħiet elettorali, qiegħda tgħejja.

Dan hekk kif il-poplu mhux qed iħoss il-feel good factor ekonomiku, hekk kif jinsabu ferm inkwetati bl-għoli tal-ħajja, il-prezzijiet eżaġerati tal-proprjetà, ż-żieda fil-popolazzjoni, u l-iżvilupp qawwi…hekk kif il-poplu qed iħoss li dawn l-isfidi huma direttament konsegwenza tal-filosofija politika li applika proprju Gvern immexxi mill-Partit Laburista.

Għaldaqstant, l-editur saħaq li dawn l-erba’ raġunijiet jafu jkunu fattur għaliex Robert Abela jiddeċiedi li jħabbar elezzjoni ġenerali bikrija.