Sport Sport Ieħor

Hudo Du Ruel jirbaħ it-Tazza l-Kbira f’medja rekord nazzjonali

Kenneth Vella

Misjuq minn Rodney Gatt, il-Franċiż Hudo Du Riel irnexxilu jnaqqax ismu fuq il-prestiġjuża Tazza l-Kbira. Dan meta l-Ħadd wara nofsinhar saret il-finali ta’ din is-sena miftuħa għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Din il-finali, organizzata bl-għajnuna ta’ Bank Of Valletta għamlet parti mid-dsatax -il laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott. Hudo Du Ruel ħareġ rebbieħ f’medja rekord nazzjonali ġdida ta’ 1.11.9” fil-kilometru.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Kif kien mistenni, kien il-Franċiż Hudo Du Ruel (Rodney Gatt) l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ minimu minn Rally Inge (Jonathan J Farrugia) u Rampant (Cherise Farrugia). Din it-tiġrija ma tantx kellha storja, biż-żiemel ta’ Gatt ikun il-ħin kollu quddiem u jirnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel bla tbatija u b’żewġ tulijiet minn Rampant, Forbach (Redent Magro) u l-kwotat DJ Spritz (Daniel Hili). Gaucho De Houelle (Daniel Debono) kellu wkoll pjazzament tajjeb fil-ħames post. Għal Hudo Du Ruel din kienet it-tielet rebħa nfila u f’Malta.

Fi tmiem il-finali, li saret quddiem l-akbar attendenza tal-istaġun, is-Sur Kenneth Farrugia, Kap Eżekuttiv ta’ Bank Of Valletta, ippremja lil Chris Caruana u lil Rodney Gatt, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza tal-Ministru Clifton Grima, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Isport David Agius u uffiċjali ta’ Malta Equidrome, Malta Racing Club u Equestri Malta.

Intant laqgħa oħra saret ukoll is-Sibt wara nofsinhar. Din ukoll inkludiet tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 3140m. Hawnhekk, L-Iżvediża Isabelle Sisu (Nathaniel Barbara) ħadet l-ewwel rebħa tas-sena wara li kienet il-ħin kollu quddiem. Din qasmet il-linja finali l-ewwel b’nofs tul minn Gold Dairpet (Marco Refalo). Bordeaux As (Cliferty Calleja) u Fee Lucernaise (Salvu Vella) daħlu warajhom f’dik l-ordni.

Ir-rebbieħa kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Fast Loulou (N. Baldacchino) Ħin – 3.58.9” (1.16”) 2. Lanorma (Ch. Camilleri) 3. Ila D’Or Du Vinois (A. Cassar) 4. Friend (N. Azzopardi)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Blue Dancer (Sh. Gauci) Ħin – 3.59.6” (1.16.3”) 2. Hulk De La Vallee (L. Frendo) 3. Ex Aequo De Cosse (C. Caruana) 4. Infinity Of Joy (M. Farrugia)

III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Oro Doc (Cherise Farrugia) Ħin – 4.04.6” (1.17.9”) 2. Kinette Du Bouquet (D. Debono) 3. Kougar Des Racques (N. Azzopardi) 4. Ma Reine De Coeur (M. J. Bugeja)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Asko Giant (P. Galea) Ħin – 2. Last Gift C.G. (C. Caruana) 3. Jolie De Cortem (Ch. Gauci) 4. Luan Amor V.S. (Ch. Camilleri)

V Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Beppe’s Toy (J. Vassallo) Ħin – 2.38.8” (1.14.2”) 2. Ghost Rider Pajj (N. Baldacchino) 3. Indien Du Liamone (Ch. Camilleri) 4. Guide Imperial (D. Baldacchino)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Kalina D’Ep (P. Galea) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Imperial Du Stade (R. Gatt) 3. Haquitin (N. Baldacchino) 4. Nyras Tess (C. Caruana)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Jasmin Fleury (M. Mizzi) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Igame Merite (D. Baldacchino) 3. Enclos (J. Spiteri) 4. Gosse Fredano (R. Delceppo)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Isabelle Sisu (N. Barbara) Ħin – 3.00” (1.16.4”) 2. Gold Dairpet (M. Refalo) 3. Bordeaux As (C. Calleja) 4. Fee Lucernaise (S. Vella)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1.  Dencos Miss Caruso (J. Gafa’) Ħin – 4.01.6” (1.16.9”) 2. Diego Du Coudou (R. Gatt) 3. Vikens Ale (C. Caruana) 4. En Choeur Ferfay (J. Schembri)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Illassa (M. Cauchi) Ħin – 4.07.4” (1.18.9”) 2. Goldwyn Du Bocage (P. Galea) 3. Hippolyte De Bois (B. Camilleri) 4. Influx Du Parc (R. Briffa)

II Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Halex Dark (J. Gafa’) Ħin – 2.39.5” (1.14.6”) 2. Kalinka Du Bleuet (P. Galea) 3. Ile De Fada (K. Saliba) 4. Iluzio De Bucy (R. Gatt)  

III Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Kronos (R. Magro) Ħin – 2.38.6” (1.14.1”) 2. Network Eagle (R. Gatt) 3. Fiorenzo Jet (J. Gafa’) 4. Hodosis (J.C. Pace)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Crazy Boy (L. Zammit) Ħin – 2.41” (1.15.3”) 2. Figaro Du Fan (Ch. Grech) 3. Guarda (P. Spiteri) 4. Ideo (C. Caruana)

V Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Il Conto (C. Vassallo) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Islande Elde (N. Baldacchino) 3. Kingston Sautreuil (S. Vella) 4. Green Pop (J. Pace)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m 1. Horusko (R. Magro) Ħin – 3.57.7” (1.15.7”) 2. Magnificent Star (P. Galea) 3. Ice Dream Royal (R. Gatt) 4. Jag D’Urzy (A. Cassar)

VII Tiġrija. Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Hudo Du Ruel (R. Gatt) Ħin – 3.09.8” (1.11.9”) 2. Rampant (Cherise Farrugia) 3. Forbach (R. Magro) 4. DJ Spritz (D. Hili) 5. Gaucho De Houelle (D. Debono)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Hawk Speed (J. Gafa’) Ħin – 4.01.9” (1.17”) 2. Gigaro AM (P. Galea) 3. Shawn Leejs (N. Mortagne – FRA) 4. Estil d’Ostal (C. Farrugia)