Local Lokali

Ingliż fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’inċident f’Għawdex

Ingliż ta’ 42 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u sussegwentement kellu impatt ma’ ħajt.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs tas-Sibt filgħaxija fi Triq il-Qsajjem, il-Munxar, Għawdex.

Fuq il-post marru l-Pulizija, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-mutur kienet tal-għamla Yamaha.

Tim mediku u ambulanza wkoll kellhom jissejħu fuq il-post , fejn ħadu s-sewwieqa tal-mutur fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-aktar kura medika.

Is-sewwieq ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.