Futbol Sport

Inter jiftħu l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika għal disa’ punti

(Ritratt: EPA)

Inter komplew jestendu l-vantaġġ f’ras il-klassifika għall-għaxar punti hekk kif wettqu rimonta impressjonanti fuq Como bl-iskor finali jkun 3-4.

Riżultat favorevoli ukoll għal dawk it-timijiet li qed jissieltu għall-post mall-ewwel erbgħa, bħal Mila, Juventus u Roma hekk kif Como waqgħu l-punti f’mument deċiżiv tal-kampjonat.

Como rnexxielhom jieħdu vantaġġ doppju bil-koppja Alex Valle u Nico Paz li skorjaw gowls fis-36 minuta u fil-45 minuta rispettivament.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima, in-Nerazzuri rnexxielhom inaqqsu l-vantaġġ ġermezz ta’ Marcus Thuram minn assist ta’ Barella.

Hekk kif bdiet it-tieni taqsima, l-istess Thuram skorja l-gowl tad-draw fid-49 minuta.

Minn dan il-mument, Inter ma ħarsu lura qatt u kienu kapaċi jkomplu jkabbru l-iskor, permezz ta’ dopjetta minn Denzel Dumfries bil-gowls jaslu fit-58 minuta b’daqqa ta’ ras minnn assist ta’ Calhangolu, u fit-72 minuta b’xutt b’saħħtu bix-xellug minn assist bir-ras ta’ Akanji.

Como rnexxielhom inaqqsu l-iskor pero kien tard wisq għar-rimonta, il-gowl wasal fid-89 minuta minn penalty mogħti minn Da Cunha.

Genoa kisbu rebħa tajba fuq Sassuolo bl-iskor ta’ 3-1.

Genoa jmorru fil-vantaġġ fit-18-il minuta minn Ruslan Malinovskyi.

Iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b’raġel inqas hekk kif fil-45 minuta, Ellertson ta’ Genoa u Berardi ta’ Sassuolo ntwerew karti ħomor diretti.

Ismael Kone jiskorja l-gowl tad-draw għan-Neroverdi fis-57 minuta. Caleb Ekuban jiskorja l-gowl tar-rebħa għal Genoa fl-84 minuta.

Napoli fallew milli jiagħlqu d-distakk ma’ Inter f’ras il-klassifika f’dan l-istadju delikat tal-istaġun hekk kif temmew fi draw ta’gowl kull wieħed ma’ Parma.

Parma kellhom bżonn inqas minn 60 sekonda biex imorru fil-vantaġġ hekk kif Gabriel Strefezza sab ix-xibka.

L-Iskoċċiż, Scott McTominay skorja l-gowl tad-draw mas-siegħa logħob.

Bologna għelbu lil Lecce 2-0, li jħalli lil Lecce fit-18-il post tal-klassifika b’27 punt wara 32 partita.
Il-gowls tal-partita waslu minn Remo Freuler fis-26 minuta u Riccardo Orsolini fit-92 minuta.