Colin Schembri
The Plaza Depiro 73
Hibernians 95
(20-20)(18-27)(10-23)(25-25)
Wara l-intervall, Depiro bdew b’5 punti mingħajr risposta però hawn Hibs kellhom mument ieħor posittiv meta għamlu run ta’ 11-0 bejn Jackson u Demcesen. Depiro waqqfuhom b’basket ta’ Felix Uadiale però Hibs għamlu run oħra ta’ 10-2 bi trippla ta’ Cassar u għalqu t-taqsima b’vantaġġ ta’ 22 punt 70-48. L-aħħar sessjoni offriet total ta’ 50 punt maqsuma eżatt bejn iż-żewġ timijiet. Uadiale, Cornelius u Nikola Bozovic tħabtu għal Depiro però kull darba sabu r-risposta ta’ Hibs fosthom minn trippli ta’ Gouder u Elijah Simmons. Biż-żewġ timijiet ikomplu jirrispondu lil xulxin, Hibs setgħu iżommu l-vantaġġ u jieħdu r-rebħa fuq skor finali ta’ 95-73.
The Plaza Depiro: S. Galea 5, T. Reddish 16, J. Micallef, N. Zivkovic, L. Stefanovic 6, JP Schembri, A. Trapani 3, S. Kenely, C. Cornelius 20, F. Uadiale 10, M. Debattista, N. Bozovic 13.
Hibernians: N. Cassar 7, E. Simmons 10, A. Ajiboye 15, L. Farrugia 3, P. Stelmach 11, V.Kustudija, M. Gouder 8, D. Jackson 17, M. Attard 7, T. Gjurovski, I. Demcesen 17, S. Simic.
Referees: Gordon Barbara, Leonardo Silvero, Andre Attard.
Luxol Sherries Estates 83
Starlites Revive 91
(18-30)(23-31)(21-13)(21-17)
Wara nuqqas ta’ staġun, Starlites Revive se jerġgħu jkunu fil-finali tal-kampjonat u dan wara li għelbu lil Luxol 91-83 biex issa din se tkun ir-raba’ finali bejn Starlites u Hibernians f’dan l-istaġun. Starlites fetħu vantaġġ importanti kmieni, b’mod partikolari fl-ewwel nofs fejn waslu sa 20 punt minn fuq, u minkejja r-reazzjoni ta’ Luxol fit-tielet sessjoni, irnexxielhom iżommu l-vantaġġ sal-aħħar. Id-differenza kienet prinċipalment fil-punti minn turnovers u fil-fast break, fejn Starlites sfruttaw aħjar it-transizzjoni biex jibnu u jżommu l-vantaġġ. Luxol ippruvaw jerġgħu jidħlu fil-logħba fit-tieni nofs u naqqsu d-distakk għal diversi drabi, iżda Starlites għalqu l-partita b’kontroll tajjeb tal-pussessi finali. Starlites ħarġu b’difiża agressiva u attakk veloċi tant li wara ftit inqas minn erba’ minuti kienu diġa 18-4 minn fuq bi trippli minn Jackson Threadgill, Kurt Xuereb u Alec Felice Pace. Luxol ġew f’tagħhom wara bidu diffiċlu u għanlu run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Xavier Brewer u punti minn Darron Howard. Starlites però malajr irkupraw u għamlu break ta’ 10-0 bi trippla ta’ Miguel Fabri għalkemm fl-aħħar nofs minuta Luxol għamlu 5 punti bi trippla ta’ Nathan Xuereb għal skor ta’ 18-30. Fit-tieni perjodu Starlites kellhom run oħra ta’ 14-3 bi Threadgill ikompli jżid il-punteġġ flimkien ma’ trippla ta’ Travis Fee. Luxol ippruvaw jibqgħu viċin b’aktar trippli minn Xuereb u punti ta’ Howard u Mark Iloube iżda Starlites permezz ta’ runs qosra żammew vantaġġ sod. Luxol għalqu din it-taqsima kif għalqu l-ewwel waħda, b’5 punti mingħajr risposta għal skor ta’ 41-61.
Sar-raba’ minuta tat-tielet perjodu, Starlites dehru fil-kontroll totali tal-partita meta saħansitra kabbru l-vantaġġ għal 26 punt 72-46 wara punti minn Musa Jallow u Matthew Scerri. Hawn però Luxol għamlu sforz qawwi u għaqqdu break ta’ 16-2 bi trippli ta’ Xuereb u Howard u l-punti ta’ Iloube u Adam Azzopardi biex naqqsu d-distakk sa’ tmiem it-taqsima 62-74. Luxol komplew inaqqru mil-vantaġġ ta’ Starlites bl-ewwel 5 punti tal-aħħar sessjoni mill-ġdid grazzi għal Azzopardi. Hawn Threadgill kien providenzjali għal Starlites hekk kif mexxa run ta’ 7-2 li tathom vantaġġ b’figuri doppji. Luxol ma ċedewx bl-insistenza ta’ Howard u Iloube u għal darbtejn waslu sa’ seba’ punti ‘l bogħod. A. Felice Pace kiseb trippla u free-throws importanti qabel foul inutli u anti-sportiv ta’ Jallow fuq Nathan Xuereb bil-captain ta’ Luxol kostrett iħalli l-court f’ħin kruċjali. Starlites għalqu bil-punti ta’ Felice Pace biex rebħu l-partita 91-83.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 27, A. Azzopardi 11, I. Azzopardi 2, N. Xuereb 14, J. Johnson 2, M. Brincat, M. Iloube 10, X. Brewer 16, S. Cappello 1.
Starlites Revive: A. Felice Pace 14, K. Fabri, T. Fee 14, A. Aquilina, S. Pace, I. Felice Pace 3, M. Fabri 3, M. Scerri 11, J. Iturmendi 6, J. Threadgill 28, K. Xuereb 2, M. Jallow 9.
Referees: Bernard Vassallo, Miguel Pablo De Flavia, Jacques Seifert.
//= $special ?>

